Il-Ministeru għall-ġustizzja esprima d-diżappunt tiegħu għall-aġir tal-avukat Charles Mercieca li sa jumejn ilu kien għadu jaħedm fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Ilbieraħ ġie rrappurtat li Dr Mercieca telaq mill-impjieg tiegħu u ftit wara kien qiegħed jiddefendi lil Yorgen Fenech, is-suspettat mandat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, f’każ kostituzzjonali li fetaħ.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-ġustizzja qal li kien jistenna prudenza u kawtela akbar kemm mill-avukat u mid-ditta legali li hu mar jaħdem magħha.
Madankollu, l-Ministeru għall-ġustizzja għamilha ċara li l-avukat Mercieca waqt li kien jaħdem fl-uffiċċju tal-avukat ġenerali qatt ma ħadem fuq proċessi ġudizzjarji konnessi mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u ma’ Yorgen Fenech. B’Charles Mercieca qatt ma kien jifforma parti mill-prosekuzzjoni f’dan il-każ.
Il-Ministeru għall-ġustizzja qal li d-deċiżjoni tal-Avukat Mercieca li jibda jiddefendi lil Yorgen Fenech f’dan il-mument bikri hi insensittiva.
Tenna l-impenn tal-Gvern li huwa determinat li jibqa’ għaddej b’riformi istituzzjonali li jsaħħu l-istituzzjonijiet tagħna, u li jassigura li ssir ġustizzja xierqa ma’ kulħadd.