Rapport tal-awditur ġenerali dwar l-indirizzar tal-abbuż tat-tfal innota li l-liġi għall-protezzjoni tat-tfal se tagħti pożizzjoni ferm aktar b’saħħitha lid-dipartiment tas-servizzi għall-protezzjoni tat-tfal li jaħdem fi ħdan il-fondazzjoni għall-ħarsien soċjali.
Ir-rapport tal-awditur li tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti nnota li din il-liġi wkoll tagħti bażi legali sabiex iċ-Children’s House tkun tista tibda topera.
Iċ-Children’s House hija post adegwat u addattat biex it-tfal jsemmgħu leħinhom flok jirfsu l-għatba tal-Qorti.
L-awditur fost l-oħrajn qal li b’dan il-post se tiġi evitata aktar trawma meta t-tfal ikunu mġiegħla jirrakkontaw l-esperjenza għal aktar minn darba.
Intant l-awditur innota tnaqqis fil-lista ta’ stennija li hemm għas-servizzi tad-dipartiment tas-servizzi għall-protezzjoni tat-tfal li jaqa’ taħt il-Fondazzjoni għall-ħarsien soċjali.