Error: Contact form not found.
L-Erbgħa filgħodu l-Ambaxxatriċi ta’ Spanja għal Malta, Consuelo Femenia ppreżentat donazzjoni lill-Fondazzjoni Dar Merħba Bik li taħdem bis-sħiħ favur persuni li huma vittmi ta’ Vjolenza Domestika.
F’din iż-żjara kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar fejn irringrazzjat lill-Ambaxxatriċi għal dan il-ġest nobbli favur dawn in-nies.
Hija esprimiet il-weġgħa ta’ dawk il-vittmi ta’ abbuż li minħabba din is-sitwazzjoni ta’ pandemija qed ikollhom joqogħdu f’darhom. Kien hawn li Cutajar wriet gratitudni lejn djar bħal Merħba Bik li kontinwament qed ikunu ta’ sapport u spalla għal dawn il-persuni.
Cutajar għamlet referenza għall-helpline li nieda dan il-Gvern biex ikun ta’ sostenn għal persuni li qed ibagħtu fis-skiet ta’ darhom.