Mas-sebgħa u ħamsin elf student f’Hubei fiċ-Ċina reġgħu bdew jattendu l-iskejjel. L-istituzzjonijiet edukattivi f’din il-provinċja, li minnha feġġ il-coronavirus għall-ewwel darba, ilhom magħluqa għal xhur sħaħ bħala mezz biex il-virus ma jkomplix jinfirex.
Għalissa huma biss dawk l-istudenti li se jagħmlu eżamijiet kruċjali li daħlu lura fil-klassi, biex b’hekk it-traġitt edukattiv ikun introdott mill-ġdid b’mod gradwali.