L-Olimpjadi ġew u kważi għaddew u għall-popolazzjoni fqira fil-Brażil jaf dawn il-logħob ma fissru xejn għaliex baqgħu fejn kienu.
Iżda mhux kollox imċajpar għalihom. Dan hekk kif numru ta’ kokijiet ta’ fama internazzjonali li jsajru bil-qies lill-atleti, servew ikel lil dawk foqra f’Rio de Janeiro. Filfatt fil-villaġġ Olimpiku fejn jgħixu l-atleti, tħalla numru sew ta’ ikel, li minflok intrema, kien biżżejjed biex almenu numru ta’ foqra li jterqu fil-belt Brażiljana setgħu jieklu l-aqwa ikla li qatt kielu f’ħajjithom.