Kumpanija lokali tal-barbiera għamlet donazzjoni ta’ maskri lill-Forzi Armata ta’ Malta u Transport Malta.
Dan sabiex aktar ma jgħaddi żmien, dawk li jkunu fuq quddiem ta’ din il-ġlieda kontra l-għadu nviżibbli, li hija din l-imxija, dejjem ikunu aktar protetti.
ONE News tkellem ma’ Norbert Falzon, id-direttur tal-kumpanija lokali li flimkien ma’ wħud mill-impegati tiegħu kien qed iħott l-maskri minn ġol-karozza sabiex itihom lill-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta.
“Ġejna b’din l-inizjattiva li nagħtu donation lill-Forzi Armati ta’ Malta u anke lill-Transport Malta għaliex dawn baqgħu għaddejin bil-ħidma tagħhom.”
Falzon spjega li din l-inizjattiva kienet possibli wkoll għall-kumpanija Sullivan Maritime li għenet fl-importazzjoni ta’ dawn il-maskri.
“Aħna impurtajna maskri mill-Italja mhux biex inbiegħuhom imma biex nagħtuhom bħala donation biex nuru s-solidarjetà tagħna ma’ dawn l-entitajiet.”