Żewġ splużjonijiet fit-Turkija heżżu għases tal-Puliżija f’żewġt ibliet differenti, u ħallew sitt persuni mejta u darbu aktar minn 200 oħra.
L-ewwel splużjoni kellha fil-mira tagħha għassa tal-Pulizija f’Van – li ħalliet tliet persuni mejta fosthom Pulizija. Sigħat warra, għassa oħra f’Elazig intlaqgħet minn splużjoni permezz ta’ karozza bomba. F’din l-isplużjoni tilfu ħajjithom tliet uffiċjali tal-Pulizija.
Għalkemm ħadd għadu ma refa’ r-responsabbiltà għal dawn l-attakki, uffiċjali Torok tefgħu l-ħtija fuq Militanti Kurdi.