Kien l-4 ta’ Mejju 2015, meta ġiet inawgurata l-binja tal-Parlament il-ġdida fil-Belt Valletta. Għall-ewwel darba l-Parlament ħareġ mill-Palazz tal-President u mexa għall-bini ġdid fuq disinn ta’ Renzo Piano.
Bejn l-1921 u l-1976, il-Parlament kien ġos-Sala tal-Arazzi u imbagħad mexa għall-Armerija. Dan fisser li wara 94 sena l-Parlament mexa mill-Palazz tal-President għall-binja ddedikata għall-Parlament.
Dan il-Parlament il-ġdid introduċa l-video streaming, fejn il-poplu jista’ jsegwi b’mod viżiv dak li jkun qed jiġri fil-Parlament.