L-Għaqda Awstraljana Friends of Providence House NSW ippreżentat donazzjoni ta’ €3,749.66 lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.
Id-Donazzjoni ġiet ippreżentata mis-Sur George Vella f’isem l-Għaqda. Is-Sinjuri Vella kienu jinsabu Malta għal btala li kienu Malta fuq btala. Magħhom għall-preżentazzjoni kien hemm ukoll Emanuel Camilleri, President tal-Maltese Resource Centre ta’ Sydney.
Il-Għaqda Ħbieb tad-Dar tal-Providenza hi l-ambaxxatriċi uffiċjali tad-Dar f’New South Wales, l-Awstralja. L-Għaqda twaqqfet f’Ottubru 2011 bil-għan li tiġbor fondi għad-Dar tal-Providenza, Malta.
(Mix-xellug għal-lemin) lis-Sinjura Vella, is-Sur George Vella u s-Sur Emanuel Camilleri ma’ Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.