Tħabbret il-mewt ta’ Joe Sant – ir-raġel li lura f’Jannar tal-1997, introduċa l-ħwienet ta’ Tal-Lira f’Malta.
Tul ħajtu ħadem ħafna biex għen fit-tkabbir tal-ekonomija permezz tal-ħwienet ta’ Tal-Lira, li dak iż-żmien bdew bħala LM1, u li tul is-snin saru popolari u fetħu f’bosta lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex.
L-ewwel ħwienet li fetaħ is-Sur Sant kienu f’Birkirkara, fil-Ħamrun, fl-Iklin u fir-Rabat, u llum jinsabu f’bosta lokalitajiet oħra madwar il-gżejjer Maltin.
Fuq Facebook, bintu Graziella kitbet li missierha dejjem kien jgħid li l-fjuri għandhom jintbagħtu lil min hu ħaj u mhux lil min imut, għaldaqstant appellat biex min kien se jibgħat xi fjuri lill-familja, minflok jagħti donazzjoni lill-Malta Trust Foundation għall-proġett tal-għajnuna tal-ikel magħruf bħala l-“Food Aid Project”. Kitbet li missierha dejjem għamel l-almu tiegħu biex jgħin lil dawk inqas ixxurtjati, u tixtieq li l-memorja tiegħu tibqa’ mfakkra b’dan il-mod biex jingħataw l-għajnuna dawk li għandhom bżonnha.