Dalgħodu, il-Forzi Armati ta’ Malta kompliet bi tfittxija għaż-żagħżugħ ta’ 29 sena mill-Bangladesh li għeb fil-baħar wara li s-Sibt sab ruħu f’diffikultà meta kien qed jgħum fl-Aħrax tal-Mellieħa.
It-tfittxijiet, li daħlu fit-tielet jum kienu ffikukati fuq iż-żona tal-Aħrax tal-Mellieħa u madwar il-viċinanzi. Dawn it-tfittxijiet, bil-għan li jinstab iż-żagħżugħ qed isir kemm bil-ħelikopter u anke bid-dgħajsa tas-salvataġġ, Melita.
Iż-żagħżugħ kien qed jgħum ma’ sieħbu ta’ 21 sena li rnexxielu jitla’ waħdu fuq il-blat. Iżda ż-żagħżugħ ta’ 29 sena għeb fil-baħar. Magħhom kien hemm żewġ persuni oħra li ma niżlux jgħumu.