Persuna se titressaq il-Qorti wara li nqabdet fil-fatt tarmi l-iskart f’pajsaġġ li jwasslek lejn l-Imtaħleb, limiti tar-Rabat.
F’ritratti li ppublikat il-Ministru Julia Farrugia Portelli juru kif vann waqaf maġenb din it-triq u rema’ l-iskart f’dan il-pajsaġġ.
Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li l-pulizija solvew il-każ wara ftit sigħat u din il-persuna mistennija titressaq il-Qorti. Hija żiedet tgħid kif il-multi għal min jarmi se jkunu qed jiħraxu.