Tork ta’ 32 sena li joqgħod San Ġiljan ġarrab ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-mutur li kien qed isuq. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:00pm tas-Sibt fi Triq Lapsi, is-Siġġiewi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.