17-il persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed.
Dan waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-347 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.