Waqt konferenza tal-aħbarijiet minn kastilja il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li bħalissa hemm diskussjonijiet għaddejjin mal-Unjoni Ewropea filwaqt li l-ispiża għal-aħħar salvataġġ u l-vapur tal-Captain Morgan li qed iżomm l-immigranti fuq il-baħar ser ikun qed jitħallas mill-Unjoni Ewropea u mhux minn fondi nazzjonali.
Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li pajjiżna ser ikun qed jagħmel pressjoni sabiex il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea jerfgħu parti mill-piż ta’ din il-problema.
Fuq l-immigrazzjoni illegali Dr Abela qal li pajjiżna ser jibqa’ sod fuq il-pożizzjoni li l-portijiet ma joffrux port sigur għall-iżbark ta’ immigranti u li l-istat ma jistax jiggarantixxi r-riżorsi tiegħu għas-salvataġġ.
Iżda l-Prim Ministru sostna li l-ewwel irid jiġi protett l-interess nazzjonali.
Dan filwaqt li pajjiżna jobdi l-obbligi internazzjonali billi jikkordina s-salvataġġ tal-immigranti. Il-Prim Ministru temm jgħid li Neville Gafà ma kkordina l-ebda operazzjoni ta’ salvataġġ.