Kellna nużaw kliem iebes. Għax m’hemmx għażla oħra. Xhur wara li Forti Sant Anġlu nfetaħ mill-ġdid irrestawrat b’mod li ħareġ kemm hu ġawhra storika mill-isbaħ, xi injorant jew injoranti, għażlu li jimlew id-dawra tiegħu bl-iskart.
Mhux għax ma rridux inżommu nadif għalina wkoll, iżda dan fi żmien fejn fil-madwar jidħlu l-cruise liners u żgur mhux din l-ewwel dehra li rridu nagħtu turist.
Reġgħet kient f’waqtha l-azzjoni tad-direttorat tat-tindif li niżel fuq il-post iġibu lura għal kif kien. M’għandiex xi ngħidu, qed nħallsu mit-taxxi tagħna għal dan l-aġir.
Dalgħodu żorna x-xogħlijiet u rajna l-ħidma li għaddejja mis-sitt uffiċjali mid-Direttorat tat-Tindif. F’din l-operazzjoni ntuża dinghi biex il-ħaxix ħażin li jaqa’ fil-baħar jinġabar minnufih. Fuq il-post kien ukoll il-Ministru għall-Infrastruttura Joe Mizzi.