F’telefonata li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri kellu mal-Ministru Tork għad-Difiża Hulusi Akar, ġiet diskussa r-relazzjoni bilaterali bejn Malta u t-Turkija.
Iż-żewġ naħat tkellmu dwar il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi u s-Sigurtà. Iż-żewġ Ministri ddiskutsew ukoll żviluppi reġjonali partikolarment fil-Libja.