Diversi mezzi tal-midja internazzjoni qed jirrappurtaw li koppja Maltija, Colin u Josephine Saliba sfaw mhedda minn żewġt irġiel li kellhom wiċċhom mgħammad. Il-każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda.
Il-Pulizija qalet li l-irġiel daħlu fid-dar tal-koppja għall-ħabta tan-nofsillejl. Huma kellhom jittieħdu l-isptar ta’ Westmead minħabba li ġarrbu bosta ġrieħi f’rashom. Iżda sfortunatament Colin li kellu 86 sena tilef ħajtu l-isptar filwaqt li martu ta’ 84 sena għadha f’qagħda stabbli.
Il-Pulizija tal-lokal qalu li ma kien misruq xejn mid-dar tal-koppja Saliba. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin u t-tfittxija għaż-żewġt irġiel għadha għaddejja.