18-il persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.
Intant, 3 persuni nstabu jiksru l-kwarantina obbligatorja fit-393 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.
Għaldaqstant l-awtoritajiet s’issa ħarġu 77 multa b’rabta mal-kwarantina obbligatorja. L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.