Waqt seduta parlamentari li fiha ġiet diskussa mozzjoni li permezz tagħha l-Oppożizzjoni baqgħet tattakka ftehim li jolqot l-isptar Ġenerali t’Għawdex u l-Isptar ta’ Karin Grech f’Malta f’dan il-mument sensittiv, id-Deputat Nazzjonalista David Agius talab lill-parlament sabiex il-Prim Ministru jippreżenta dokument li kkwota minnu waqt l-indirizz tiegħu fil-Parlament.
Madankollu kellu jkun il-Prim Ministru Robert Abela stess li ġibidlu l-attenzjoni li huwa kien għadu kif ikkwota mill-istess mozzjoni li tressqet mill-oppożizzjoni issekondata mill-istess David Agius.