Ganiż ta’ 23 sena tilef ħajtu f’sit ta’ kostruzzjoni wara li waqa’ żewġ sulari fl-Imġarr waqt li kien qiegħed jaħdem.
L-inċident seħħ il-Ħamis fit-2:45 ta’ waranofshinar fi Triq San Pietru.
Fuq il-post immedjatament issejjaħ tim mediku flimkien mal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, iżda r-raġel sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. J. Demicoli li ħatret Inkjesta filwaqt li linvestigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.