Il-bejgħ tal-appliances baqa’ wieħed normali minkejja l-imxija tal-Coronavirus. Dan kien il-kliem ta’ Sonia Abela, li hija Direttur ta’ ħanut li jbigħ l-appliances fiż-Żejtun.
Hija spjegat: “Ifhimni aħna ma tantx rajna differenza peress li n-nies għamilnielhom faċli l-bejgħ xorta baqa’ normali … għalina baqa’ għaddej kollox l-istess.”
Dan ix-xiri ta’ appliances qed isir, hekk kif ħafna persuni bħalissa jinsabu fi djarhom u għandhom iżjed ħin biex jaraw xi ħtiġijiet jonqosha d-dar.
Fost l-aktar appliances li l-klijenti qegħdin jirrikorru għalihom huma l-magni tal-ħasil, freezers u settijiet tat-televiżjoni.
Miżuri oħra li l-ħanut ħa waqt din il-pandemija kien li jbigħ online.
Hija kompliet tispjega: “L-online shopphing sar aktar voga f’dawn il-mumenti. Ir-raġuni hija li wieħed qiegħed juża t-telefown, email, il-website. Allura flok wieħed joqgħod jiġi, aħna għamilna l-email u .. s-sistema fuq l-online shopping ġiet b’akar description u lil dak li jkun għamilnihielu aktar faċli, allura n-nies marret għal dik l-option.”
B’dak li jordnaw minn djarhom, jitwassal fil-kumdità ta’ darhom ftit tas-sigħat wara, id-direttur ta’ dan il-ħanut qalet ma’ ONE News li ttieħdu l-miżuri kollha favur il-ħaddiema u l-klijenti skont id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.