Mahamadou Fofana ta’ 24 sena mill-Mali ametta li wettaq ħames serqiet minn residenzi privati fl-2015.
Huwa ġie akkużat li wettaq dawn is-serqiet ma’ persuna jew persuni oħra minn djar f’Diċembru tal-2015, fil-Gżira; fil-lejl ta’ bejn is-16 u s-17 ta’ Diċembru, 2015, f’Birkirkara; u serqa oħra matul il-lejl ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Diċembru tal-2015, f’Santa Venera.
Il-pulizija waslu għaż-żagħżugħ bħala s-suspett wara Investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun u wara jiem ta’ analiżi forensiċi.
Fofana bħalissa qed jinżamm fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin hekk kif qed jiskonta sentenza fuq għadd ta’ serqiet. Huwa kien ħiereġ mill-ħabs fi 9 ta’ Mejju wara 6 snin il-ħabs. Fl-2015 huwa kien tressaq l-Qorti akkużat bi tmien serqiet oħra.
L-akkużat qal fil-ħabs li diġà qed jgħin lilu nifsu għax fil-ħabs qed jagħmel il-pupi.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Wayne Camilleri li qal li ż-żagħżugħ kien jisraq għax ma kellux x’jiekol u biex iħallas il-kera.
Il-Maġistrat Clare Stafrace Zammit talbet li jsir presentencing report qabel tingħata s-sentenza.