Joyce Guillaumier mietet fl-età ta’ 75 sena.
Guillaumier twieldet fl-14 ta’ Settembru tal-1944.
Hija kienet xandara u fost l-ewwel nisa li tipproduċi programm fuq Radju Malta, sa mill-bidu tiegħu.
Hija ħadmet ukoll ma’ nies bħal Tony Terribile u anki kellha produzzjonijiet fuq Radju Bronja u l-istazzjon tar-radju tal-università, Campus FM.
Fl-aħħar snin ħadmet ukoll fuq produzzjonijiet imxandra fuq ONE fosthom dawk ta’ natura artistika u kulturali.
Fl-2015 ingħatat l-ordni nazzjonali tal-mertu mill-President ta’ Malta ta’ dak iż-żmien Marie-Louise Coleiro Preca.
Is-sinjura Guillaumier kienet għalliema u anki chairperson tal-Kumitat għall-Festi Nazzjonali.
Hija kienet ukoll omm ta’ żewġ t’itfal.
Intant il-Ministeru fl-Uffiċċju tal Prim Ministru, responsabbli mix-xandir pubbliku, b’dieqa jsellem il-memorja ta’ Joyce Guillaumier.
Il-Ministru Carmelo Abela ngħaqad ma’ dawk kollha li sellmu lil Joyce Guillaumier u jirringrazzjaha tax-xogħol kollu tagħha fil-qasam tax-xandir.
Il-Ministru Abela ta l-kondoljanzi lil qrabatha f’dawn iż-żminijiet diffiċli.