Mara ta’ 55 sena mill-Ħal Għargħur qed issofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi fl-Imġarr Malta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u kwart tat-Tnejn wara nofshinar fi Triq Santa Marija, meta seħħ impatt bejn vettura ta’ tip Daihatsu Delta misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti l-Imġarr u vettura ta’ tip Toyota Aygo misjuqa mill-mara ta’ 55 sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.