Raġel Rumen qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa waqt li kien qed jaħdem b’chaser f’sit ta’ kostruzzjoni fir-Rabat Malta.
L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu fi Triq Emmanuel Vitale.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għal dan il-każ għadhom għaddejjin.