Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri flimkien mas-Sindku tax-Xagħra Christian Zammit illum żaru x-xogħlijiet li qed isiru fit-Triq tal-Qaċċa li hija l-arterja prinċipali li tieħdok għax-Xagħra.
Il-Ministru Camilleri spjega li x-xogħol beda minnufih wara li kien innutat li qed jidhru diversi konsenturi fit-telgħa. Il-Ministeru għal Għawdex immedjatament bagħat espert tekniku li evalwa x-xogħol.
Hawnhekk il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri spjega kif il-fatt li x-xogħol sar fl-immedjat evita milli ssir aktar ħsara fl-istruttura tat-triq u eventwalment kien ikollha titranġa b’ħafna iżjed spejjeż.
Min-naħa tiegħu s-Sindku tax-Xagħra Christian Zammit irringrazzja lill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri talli mill-ewwel ta widen lill-kunsill u ħa ħsieb mill-ewwel biex din it-triq tiġi rranġata.
Ritratti: MGOZ