Terremot li seħħ fi Sqallija inħass sew f’Malta, b’persuna minn Ħal Tarxien tgħidilna li ħasset l-għamara tad-dar tiċċaqlaq għal mument qasir.
Kien għall-ħabta ta’ 12:52 li fl-ibħra bejn Malta u Sqallija kien hemm theżżiża ta’ forza 3.7 fuq skala Reichter. It-terrimot seħħ madwar tletin kilometru ‘l bogħod min-naħa t’isfel tal-kosta Maltija. It-theżżiża l-iktar li nħasset fl-akwati tal-Belt Valletta, il-Marsa u Marsascala.