Karozza spiċċat fjamma nar biswit showroom tal-karozzi fi Triq ix-Xwieni fil-Marsa.
Kif jixhdu l-filmati ta’ One News il-karozza nqerdet kompletament f’temp ta’ ftit minuti. Jidher ukoll xufier ieħor jressaq il-karozza tiegħu biswit il-karozza li ħadet in-nar u b’hekk ħelisha bi ftit minuti.
Fuq il-post immedjatament waslu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.
Għadu mhux magħruf x’kienet ir-raġuni wara dan il-ħruq.