Dalgħodu l-Pulizija mis-sezzjoni tat-Traffiku, tar-Rapid Intervention Unit flimkien ma’ dawk tal-komunità tal-Mellieħa ħarġu 67 taħrika fuq sewqan eċċessiv.
Fost dawk li qalgħu taħrika kien hemm mutur li nqabad isuq fil-bypass tal-Mellieħa b’veloċità ta’ 137 kilometru fis-siegħa f’żona li tippermetti veloċità ta’ 60 kilometru fis-siegħa.
Il-Pulizija ħarġu wkoll 11-il taħrika minħabba numru ta’ irregolarijiet differenti.
L-ispezzjonijiet seħħu fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Ħal Far u Birżebbuġa fejn il-pulizija tat-traffiku għamlu diversi rondi bl-enfasi tagħhom ikun fuq dawk li jagħmlu użu mill-mowbajl waqt li jkunu qed isuqu, karozzi kummerċjali u spezzjonijiet bil-għan li ma jinġemgħux nies fi gruppi ta’ aktar minn 3.