L-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi fi stqarrija qalet li wieħed u tletin barriera f’pajjiżna għandhom permess li jaċċettaw skart ta’ kostruzzjoni, li sitta minnhom jaċċċettaw ukoll skart li jiġi rriċiklat.
L-ERA qalet li f’Malta u Għawdex hawn diversi barrieri li ma jintużawx u li jridu jiġu rranġati mill-ġdid.
L-ERA qalet li tistenna li l-applikanti u l-kuntratturi kollha jfittxu faċilitajiet xierqa għall-immaniġġjar tal-iskart qabel dawn jibdew kwalunkwe xogħol li jiġġenera skart tal-kostruzzjoni.
Intant, fil-jiem li ġejjin l-ERA se tkun qed tintroduċi miżuri regolatorji għall-barrieri.