Il-Ministru Silvio Schembri stqarr li l-ħsieb prinċipali tal-Air malta huwa li tħares il-quddiem u kulħadd jiġbed ħabel wieħed.
Stqarr li r-realtà hija li l-pandemija laqtet il-kumpanija u s-settur kollu tal-avjazzjoni. Żied jgħid li hemm deċiżjonijiet iebsin x’jittieħdu u qal li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Il-Ministru Silvio Schembri qal li l-unjin tal-cabin crew u tal-piloti regħu ġew biex jiddiskutu b’tonalità differenti u għalhekk jemmen li tista’ tinstab soluzzjoni għalkemm għad-diskussjonijiet mad-DIR għadhom għaddejjin.
Stqarr li l-problemi ma jistgħux jintefgħu taħt it-tapit pero għal-ġid tal-kumpanija u għal ġid tal-pajjiż ser ikunu qed jittieħdu u tenna li soluzzjoni tinstab b’rieda tajba.
Il-Ministru spjega kif wara li kienet offriet il-paga soċjali ta’ €1,200 lil kull impjegat. Kellek erba’ unjins u tnejn minnhom qablu. Imbgħad kellek il-cabin crew li ma qablux għal erba’ darbiet u l-piloti li ma riedux jaqblu. Hemmhekk bdiet id-diskussjoni mad-Dipartiment Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg dwar redundancies. Stqarr li filwaqt li għaddejjin diskussjonijiet mal-unjins hemm il-perjodu ta’ tletin ġurnata għaddej mad-DIR. Stqarr li irid jintlaħaq ftehim fit-tul.