Il-gvern innota l-kwerela li fetħet Birdlife Malta iktar kmieni llum u jsostni li huwa mexa skont il-proċeduri li ġew adottati dejjem tul is-snin.
Fid-dawl ta’ dan il-gvern iqis bħala mhux f’lokhom it-talbiet biex jittieħdu proċeduri kriminali kontra sitt t’elef kaċċatur.
Il-kwerela li nfetħet titlob għal piena massima ta’ għaxar t’elf ewro jew sentejn ħabs kif ukoll ir-revoka permanenti ta’ kull liċenzja jew permess.
Filwaqt li issa l-pulizija trid tanalizza l-kwerela li saret, il-gvern jemmen li din it-talba hi waħda bla bażi u mhux f’lokha.