Raġel ta’ 39 sena mir-Rabat ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq tal-għamla Kymco Agility 125 ma’ karozza tal-għamla Tata Indica li dak il-ħin kienet tinsab ipparkjata fil-ġenb tat-triq. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 ta’ filgħodu fi Triq il-Belt Valletta, ir-Rabat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-isptar għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.