Il-pulizija fl-istat ta’ Kalifornja fl-Amerka ħarġet filmat ta’ każ li ġara fil-11 t’April fejn raġel beda jispara fuq il-pulizija fil-parkeġġ ta’ supermarket.
Il-każ ġara fil-belt ta’ Sacramento u l-filmat drammatiku miġbud mill-bodycams tal-pulizija juri raġel joħroġ minn karozza wara li kien segwit mill-pulizija.
Kif ħareġ, ir-raġel għolla arma u beda jispara tiri lejn il-pulizija, b’dawn jisparaw lura u jippruvaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni li kienet ta’ periklu għal nies li nzertaw fuq il-post.
Sussegwentament ir-raġel ġie arrestat u miet ftit wara hekk kif intlaqat minn xi tiri.
Ir-raġel kien suspettat li se jmur jispara lejn in-nies u l-pulizija kienet ilha ssegwih għal madwar siegħa.