Partita futbol fl-Iżvezja kienet abbandunata wara li l-gowler ta’ Ostersund kien attakkat minn partitarju liebes maskra.
Aly Keita spiċċa fl-art b’daqqa ta’ ponn, b’numru ta’ plejers u membri tas-sigurtà jduru mal-aggressur biex jinħareġ ’il barra. Il-partita ġiet abbandunata, bid-delegat tal-partita jkun ikkwotat jgħid li Keita ma kienx f’qagħda li jkompli l-partita. Il-kowċ ta’ Ostersund Graham Potter, eksplejer ta’ West Bromwich Albion, qal li “Kieta jinsab ixxukkjat. Ma jinsabx tajjeb.”
Ftit sigħat wara li seħħ l-inċident, Keita, kemxejn stordut, esprima d-dispjaċir tiegħu għal dak li seħħ. “Ninsab ixxukkjat u rrabbjat. Diżgustanti li xi ħaġa simili tista’ sseħħ.”
Il-partitarju, ta’ 17-il sena, ġie arrestat u interrogat.
Fil-ħin li seħħ l-inċident, Ostersund u Jonkoping Sodra kienu fi draw ta’ 1-1.