Raġel ta’ 47 sena, minn Birkirkara, sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:00 tat-Tnejn filgħaxija f’dar li tinsab fi Triq Dom Mauro Inguanez f’Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lir-raġel fejn ittieħed l-Isptar Mater Dei u iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.