Żewġ pumpiera ġarrbu ġrieħi wara li għall-ħabta tal-4:45 ta’ waranofsinhar nqalbet vettura tat-tifi tan-nar fl-ajruport, wara li kien hemm rapport ta’ duħħan.
Huma ttieħdu l-isptar għal aktar kura.
L-inverstigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Intant fi stqarrija maħruġa mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta ntqal li b’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta interna.