Il-Professur Jane Somerville, magħrufa fid-dinja medika kollha bħala waħda mill-aqwa kardjologi, faħħret lill-Gvern Malti kif jinsab organizzat tajjeb ħafna fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-Coronavirus.
Dan għamlitu f’intervista fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Professur saħqet li tinsab impressjonata ħafna u li pajjiżna ħaqqu kull tifħir għall-mod kif qed jirnexxielu jikkontrolla s-sitwazzjoni.
Il-Prof. Jane Somerville stqarret: “I am impressed how well Malta has done, I’m really am impressed. You really had relatively few cases. You haven’t actually taken up lock down as extremely as our government has made us. You seem to be ready. I think Mater Dei seems to be very well organised. As far as I can tell from my colleagues and I think you’re to be congratulated and I think you have a very good Minister of Health, I envy you.”
Il-gazzetta Kullħadd irrappurtat li mindu l-pandemija laqtet ukoll ix-xtut tagħna, il-Partit Nazzjonalista spiss ipprova jagħti l-impressjoni li xi parti jew oħra mis-servizzi tas-saħħa mhix taħdem sew jew inkella mhix attrezzata kif meħtieġ biex tiffaċċja l-isfida tal-imxija tal-Coronavirus.
Dan anke jekk bħalma qalet il-Professur Somerville n-numri jiġġustifikaw u jagħtu tifħir kbira lill-isforzi Maltin fiċ-ċirkostanzi li huma meqjusin bħala straordinarji madwar id-dinja kollha.