Bugħaddasa ta’ 45 sena minn San Pawl il-Baħar tgħoddha b’waħda wara li sabet diffikultà waqt li kienet qed togħdos fiċ-Ċirkewwa. Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu.
Il-mara kienet megħjuna minn persuna oħra li kienet qed togħdos magħha li rnexxielha ttellagħha fil-wiċċ. Din il-persuna bdiet tgħajjat għall-għajnuna.
Huma ġew mgħejjuna minn xi suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta li dak il-ħin kienu qed jitħarrġu.
Aktar tard tim mediku mill-isptar Mater Dei biex jassistu aktar lill-mara. Hija ttieħdet l-isptar għall-aktar kura. Iżda kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li l-mara kienet f’sensieha.