Fl-2016 għad hawn periti u żviluppaturi li għadhom jippjanaw binjiet ta’ użu wiesgħa li mhumiex aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltá. Għalhekk, fdawn l-aħħar xhur kibret u ssaħħet il-kollaborazzjoni bejn l-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-Kumissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’ Diżabilitá. Dan sabiex l-applikazzjonijiet għall-bini u żvilupp ikunu f’ konformi mall-istandards ta’ aċċesibbilita’ għall-persuni b’ diżabilita’ minn stadju bikri.
Il-bidla fl-Awtorità tal-Ippjanar laqtet b’mod pożittiv ukoll lis-settur tad-diżabbiltà.
Dan għax fejn qabel kien il-piż ta’ min ikun qed jevalwa applikazzjoni biex jara jekk kelliex tkun involuta l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabbilta, illum dan isir b’mod awtomatiku. Spjega dwar il-bidla fil-proċess iċ-ċerpersin tal-Kummissjoni, Oliver Scicluna.