ONE News jinsab infurmat li għall-ħabta tat-2:45 ta’ wara nofsinhar seħħ argument bejn numru ta’ persuni quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Raħal il-Ġdid.
Numru ta’ pulizija, minn tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Fortunatament f’dan l-argument ma’ weġġa’ ħadd.