Abdiqani Omar Abdillahi ta’ 30 sena u Najah Said Mohamed ta’ 24 sena mwielda s-Somalja, li joqogħdu ż-Żebbug Għawdex ntbgħatu tmien xhur ħabs kull wieħed wara li ammettew li serqu raġel.
Il-każ ġara fis-27 ta’ Jannar għall-ħabta tat-8 ta’ filgħaxija, meta serqu anqas minn €233 u attakkaw b’ħadida Somalu ta’ 24 sena, meta kien miexi Marsalforn.