L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa issa mgħammar b’120 sodda ddedikati għall-pazjenti bil-COVID-19, issa li ġew irrilokati l-pazjenti anzjani li kienu qed jokkupaw is-sala Sant’Anna fl-istess sptar.
Dawn l-anzjani kienu rrilokati f’akkomodazzjoni liċenzjata, fl-akkwati tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Din il-binja, fir-Rabat, ġiet mgħammra bl-esiġenzi kollha għal dar tal-anzjani u kapaċi toffri servizz tajjeb u livell tajjeb ta’ kumdità. Din l-istess akkomodazzjoni għandha l-potenzjal li tilqa’ mal-20 anzjan ieħor, kemm-il darba jinqala’ l-bżonn ta’ dan.
Din hija waħda minn sensiela ta’ inizjattivi li qed jieħdu l-Ministeru għas-Saħħa, u Steward Healthcare flimkien mal-Ministeru għal Għawdex biex jassiguraw li l-gżira Għawdxija tkun attrezzata sew għall-imxija tal-COVID-19.