Fi stqarrija, il-Bank of Valletta qal li għada s-Sibt il-fergħat ta’ Ħ’Attard, Balluta, Birkirkara, Birżebbuġa, Furjana u tar-Rabat Għawdex se jkunu miftuħa għall-pubbliku.
Dawn il-fergħat se jkunu miftuħin bejn id-9 ta’ filgħodu u n-nofs siegħa.
Fl-istqarrija, il-BOV ħeġġeġ lill-klijieti biex ma jmorrux il-fergħat tal-Bank bla bżonn u minflok jużaw l-ATMs tal-Bank biex jiġbdu jew jiddepożitaw il-flus. Il-bank appella sabiex jintużaw il-BOV Cards, il-BOV Pay jew il-‘BOV Mobile to Mobile Payment’ biex iħallsu għax-xiri, servizzi u konsinji tagħhom. Il-bank qal li l-BOV Internet Banking u l-BOV Mobile Banking jistgħu jintużaw għal pagamenti u tranżazzjonijiet bankarji oħra.
Wieħed jista’ jikkuntatja lil bank fuq l-email info@bov.com.mt jew iċemplu fuq 22753500, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8 ta’ filgħodu sal-4 ta’ wara nofsinhar.
Wieħed jista’ jżur il-website https://bov.com/content/covid-19-bov-updates għall-aktar informazzjoni.