Il-priġunieri nisa fil-faċilita korettiva ta’ kordin qed jipproduċu maskri u tagħmir protettiv ieħor għal waqt il-pandemija.
Dawn mhux biss se jintużaw mill-uffiċjali u r-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, iżda anke minn entitajiet governattivi oħra fosthom il-korp tal-pulizija.
Bil-priġunieri qed jagħtu l-parti tagħhom u jgħinu f’dan iż-żmien ta’ sfida tal-Coronavirus, fejn id-dinja kollha qed issib sfida biex ikollha biżżejjed materjal protettiv.
Mariella Camilleri il-kap tar-rintegrazzjoni tal-priġunieri qalet li minkejja l-priġunieri għamlu ċertu żbalji li bihom naqsu lis-soċjetà, llum qed iroddu lura xi ħaġa ta’ ġid.
“Qegħdin iqattgħu l-ħin tagħhom u jagħmlu 250 maskra. Dan huwa eżempju tajjeb ta’ ġustizzja u jroddu xi ħaġa lura.” Stqarret Camilleri.
Il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri qal li r-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jagħtu eżempju ċar ta’ kif il-pajjiż kollu għandu jkun magħqud f’dan il-mument.
Il-Ministru Camilleri qal, “Maskri li qed jintużaw mill-entitajiet governattiv fost il korp tal-pulizija. Xtaqt ngħidilhom grazzi f isem is-soċjetà Maltija.”