Żewġt irġiel ta’ 30 u 53 sena, it-tnejn joqogħdu Bormla nżammu arrestati wara li tressqu l-qorti akkużati b’hold-ups fuq persuni li jwasslu l-ikel.
Kersten Camilleri ta’ 30 sena ġie akkużat b’4 hold-ups fuq delivery persons, f’Ħaż-Żabbar, fl-Isla, f’San Ġwann u f’Bormla. Huwa ġie akkużat li fil-pussess tiegħu kellu karozza misruqa kif ukoll b’attentat ta’ serq ta’ vettura oħra. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Dan filwaqt li Simon Camilleri ta’ 53 sena li jirreġistra, ġie akkużat li wettaq 3 hold-ups ma’ Camilleri, f’Ħaż-Żabbar, fl-Isla u f’San Ġwann. Huwa wieġeb mhux ħati.
Dawn il-hold ups twettqu bejn l-10ta’ April u l-14ta’ April. Bil-pulizija irnexxiela tarresta lill-akkużati li wettqu dawn il-hold-ups f’inqas minn ġimgħa.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Joanna Piscopo.