Il-Prim Ministru Malti, Robert Abela, żar iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u kien akkumpanjat mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne.
Dr Abela tkellem ma’ diversi ħaddiema fi ħdan il-qasam tas-Saħħa b’mod speċjali dawk li jaħdmu fil-kura primarja ta’ lokalitajiet diversi.
Hu saħaq li dawn il-ħaddiema qegħdin sagrifiċċju liema bħalu sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu lil dan il-virus li ħakem lill-pajjiżna.
Għal din ir-raġuni, il-Prim Ministru stqarr li għandna nirrikonoxxu dan ix-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu ta’ kuljum.
Huwa rringrazzja lil dawn il-ħaddiema ta’ xogħolhom.