Fis-7:00 tal-Erbgħa filgħodu, 130 uffiċjal korettiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ħarġu mill-ħabs wara ġimgħa xogħol, u minflokhom daħlu 130 gwardjan ieħor.
Fid-daħla tal-ħabs, it-tmexxija organizzat parata. Ix-xift li spiċċa ġimgħa xogħol sellem lil grupp l-ieħor li daħlu għal ġimgħa ħidma.
Din se tkun it-tieni ġimgħa li l-gwardjani tal-ħabs se jorqdu fil-ħabs bħala prekawzzjoni sabiex il-Coronavirus ma jidħolx fil-ħabs. Dan sabiex tiġi mħarsa s-saħħa kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-priġunieri.
Bil-kanċell tal-ħabs reġa’ ngħalaq u 130 gwardjan bdew ġimgħa ta’ ħidma, ‘il bogħod minn qrabathom.