Taljan ta’ 44 sena li jaħdem bħala kok ngħata l-ħelsien mill-arrest meta tressaq il-qorti fuq akkużi ta’ serq.
Huwa allegatament seraq ittri li kien fil-letter box ta’ flat u kartiera.
Huwa wieġeb mhux ħati. Huwa kien arrestat mill-Pulizija tad-Distrett b’rabta ma’ serq f’San Ġiljan u fi Gwardamanġia. Dawn il-każijiet ġew solvuti wara li l-Pulizija segwiet rapporti li saru permezz tal-proċedura ġdida tar-rispons għas-servizzi mitluba mill-pubbliku, fejn dawn ir-rapporti saru online mingħajr il-bżonn li l-vittma ikun hemm għalfejn imur f’għassa.
Il-Magistrat tah il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li joħroġ biss mit-8:00 ta’ filgħodu u s-1:00 ta’ waranofsinhar. Fosthom sabiex jiffirma fl-għassa ta’ San Ġiljan bejn id-9:00 u l-10:00 ta’ filgħodu u jmur id-detox. Huwa ngħata garanzija personali ta’ €5,000.